- 
  
- 
Is-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jorganizza għadd ta’ korsijiet għal dawk kollha involuti fil-formazzjoni tat-tagħlim Nisrani. Il-korsijiet huma miftuħa kemm għall-katekisti u kif ukoll għall-ġenituri tat-tfal li qed jirċievu dan it-tagħlim Nisrani. 
- 
Irtiri għall-katekistiL-għan tal-irtir huwa li jagħti opportunità lill-katekisti biex jirriflettu fuq temi relevanti fil-ministeru tagħhom li jgħinuhom isaħħu u jkabbru r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù. Is-Sibt 6 ta’ Ottubru u s-Sibt 9 ta’ Marzu Ħin: 8.30am – 12.30pm Post: Kunvent tal-Kapuċċini, il-Furjana Ħlas: €5 kull irtir 
- 
 Prayer SpacesIl-katekisti jitgħallmu kif fil-kamra fejn isiru l-laqgħat jew waqt xi żmien partikolari tas-sena kateketika joħolqu dawn l-ispazji ta’ talb biex jgħinu lit-tfal jimmaturaw fit-talb tagħhom. Jingħataw idea ta’ riżorsi li jistgħu jintużaw u ideat oħra ta’ kif it-tfal ikunu mgħejjuna jaffaċċjaw ċerti sitwazzjonijiet fil-ħajja tagħhom. Is-Sibt 20 ta’ Ottubru Ħin: 8.30am – 12.30pm Post: Segretarjat għall-Katekeżi Ħlas: €10 
- 
Kors ta’ Formazzjoni għall-katekistiDan il-kors huwa maħsub għall-katekisti ġodda jew oħrajn li għad ma għandhomx din it-tip ta’ formazzjoni, kif ukoll għall-katekisti li jixtiequ jaġġornaw l-għarfien tagħhom jew jixtiequ japprofondixxu ruħhom dwar suġġetti partikolari. Il-katekisti jistgħu jattendu l-kors kollu jew taqsimiet partikolari. Ħin: 9.30am – 11.30am Post: Segretarjat għall-Katekeżi Ħlas: €50 għall-kors kollu jew €10 kull taqsima L-ewwel taqsima (6 laqgħat, l-Erbgħa 10, 17, 24, 31 ta’ Ottubru, 7 u 14 ta’ Novembru) Metodoloġija u pedagoġija fil-katekeżi Temi: - Il-ministeru tal-katekist
- Żvilupp tal-katekeżi fiż-żmien
- Learning styles
- Lesson planning
- Teaching methods and management
- Spiritwalità tal-katekist
 L-għan ta’ din it-taqsima hu li jipprovdi għarfien dwar: - l-istorja tal-katekeżi matul iż-żminijiet
- għajnuna biex iħejju laqgħat effettivi skont l-etajiet tat-tfal
- isiru familjari ma’ metodi ta’ tagħlim differenti
- jingħataw ideat prattiċi ta’ kif wieħed jista’ jmexxi grupp, kif ifassal laqgħa u jevalwa dak li jagħmel
- il-katekisti jkunu esposti għas-sitt għanijiet tal-katekeżi kif imfissra fid-Direttorju Ġenerali tal-Katekeżi
- Il-katekisti japprezzaw li huma mudelli għat-tfal, li qegħdin ifittxu li jsaħħu l-fidi u r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù.
 It-tieni taqsima (2 laqgħat, l-Erbgħa 21 u 28 ta’ Novembru) Għajnuniet għal-laqgħat aktar effettivi Temi: - l-użu tat-teknoloġija
- kif wieħed jagħmel powerpoint
- l-użu ta’ mużika, arti u crafts
 L-għan ta’ din it-taqsima huwa li jipprovdi għarfien: - lill-katekisti biex jitgħallmu kif l-aħjar jużaw media differenti fil-laqgħat tagħhom
- li jgħin lill-katekisti jaraw kif jistgħu jinkorporaw dawn il-mezzi u kif dawn ikunu ta’ għajnuna biex it-tfal jifhmu aktar
 It-tielet taqsima: Introduzzjoni għat-Teoloġija (4 laqgħat, l-Erbgħa 5, 12, 19 ta’ Diċembru, 9 ta’ Jannar) Il-katekisti jkunu esposti għal temi teoloġiċi li jgħinuhom japprofondixxu l-fidi tagħhom u jagħrfu kif dawn huma relevanti fid-dinja u soċjetà tal-lum. Din it-taqsima tgħin biex il-katekist iħares lejn il-katekeżi bħala parti minn xenarju akbar tal-ħajja tal-bniedem, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Alla u s-soċjetà li jgħix fiha. Ir-raba’ taqsima: L-Iskrittura (5 laqgħat, l-Erbgħa 16, 23, 30 ta’ Jannar, 6, 13 ta’ Frar) Il-katekisti jingħataw idea bażika tal-Iskrittura u t-tqassim tagħha. Il-katekisti jitgħallmu dwar kif inkitbet, iċ-ċentralità tal-Ispirazzjoni fil-katekeżi u wkoll dwar l-importanza tal-messaġġ fuq dettalji storiċi u ċirkostanzi oħra. (5 laqgħat, l-Erbgħa 16, 23, 30 ta’ Jannar, 6, 13 ta’ Frar) Il-ħames taqsima: Żvilupp psikoloġiku, morali u spiritwali tat-tfal (6 laqgħat, l-Erbgħa 20, 27 ta’ Frar, 6, 13, 20, 27 ta’ Marzu) F’din it-taqsima, il-katekisti huma ppreżentati b’teoriji u kunċetti ewlenin użati fil-psikoloġija li jagħtu dawl dwar l-iżvilupp psikoloġiku, morali u spiritwali tat-tfal. Il-katekisti jifhmu n-natura tal-ispiritwalità tat-tfal u l-iżvilupp tagħha fil-fidi nisranija. Din it-taqsima tintroduċi s-suġġett ta’ żvilupp spiritwali fit-tfal u l-iżvilupp fil-fidi. Tagħti introduzzjoni għal metodi differenti ta’ talb. Il-katekisti jagħrfu jużaw dan it-tagħlim fl-ippjanar u fil-preżentazzjoni tal-laqgħa u fl-imġiba tagħhom mat-tfal. Is-sitt taqsima: Katekeżi għal tfal b’diffikultajiet fit-tagħlim (4 laqgħat, il-Ġimgħa 5, 12 ta’ April, 10, 17 ta’ Mejju) Jintroduċi lill-katekisti għar-realtà ta’ tfal b’diffikultajiet differenti fit-tagħlim u jagħti għajnuniet kif dawn it-tfal jistgħu jkunu mgħejjuna biex ikunu ntegrati mal-bqija tal-grupp. Jiġu identifikati metodi kif il-katekisti jistgħu jadattaw il-laqgħat tagħhom biex jinftiehmu aħjar minn dawn it-tfal. 
- 
 Il-Katekiżmu tal-Knisja KattolikaL-għan tal-kors hu li jkun riżorsa għall-katekisti biex ikollhom bażi teoloġika għall-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. Il-kors hu maħsub biex il-katekisti jifhmu kif l-aħjar iwasslu dan it-tagħlim fil-laqgħat tagħhom b’mod li jinftiehem aħjar mill-parteċipanti. Ħin: 8.30am – 12.30pm Post: Segretarjat għall-Katekeżi Ħlas: €40 għall-kors kollu jew €15 kull taqsima Kif inhu mqassam: 
 Il-Kredu (Is-Sibt 17 u 24 ta’ Novembru)Is-Sagramenti (Is-Sibt 9 u 16 ta’ Frar) Il-Kmandamenti (18 u 25 ta’ Mejju) 
- 
Katekeżi għal tfal b’diffikultajiet fit-tagħlimKors li hu miftuħ kemm għall-katekisti kif ukoll għall-ġenituri, bil-għan li jgħin fit-tħejjija ta’ dawn it-tfal qabel ma’ jirċievu s-sagramenti. Ħin: 8.30am san-12.30pm Post: Segretarjat għall-Katekeżi Ħlas: €25 it-tlett laqgħat jew €10 kull laqgħa Is-Sibt 1 ta’ Diċembru: Tħejjija għall-qrar Is-Sibt 26 ta’ Jannar: Tħejjija għall-Ewkaristija Is-Sibt 22 ta’ Ġunju: Tħejjija għall-Griżma 
- 
Katekeżi LiturġikaId-Direttorju Ġenerali tal-Katekeżi jinnota li għalkemm hemm bżonn ta’ rabta evidenti bejn il-katekeżi u l-liturġija, din ir-rabta hija dgħajfa. Dan il-kors għandu bħala għan li jgħallem lill-katekisti kif jinkludu l-liturġija fil-programm. Il-katekisti jsiru aktar familjari mat-tifsira tas-Sena Liturġika, is-simboli, ir-riti u ċ-ċelebrazzjonijiet. Ħin: 8.30am – 12.30pm Post: Segretarjat għall-Katekeżi Is-Sibt 12 u 19 ta’ Jannar Ħlas: €20 
- 
Għal aktar informazzjoni dwar il-korsijiet tistgħu ċċemplu lil Anna Maria Fenech (tel: 22039400/2) jew tibgħatu email [email protected] 
 
					



