‘Fil-viżjoni nisranija nemmnu li fiċ-ċentru ta’ Alla hemm il-bniedem’. Dan qalu l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fid-diskors li għamel fil-festa ta’ Kristu Re’ nhar il-Ħadd, 21 ta’ Novembru, 2010, Raħal Ġdid.
L-Arċisqof għamel enfasi fuq il-punt li l-bniedem huwa l-bidu w it-tmiem ta’ kollox u dan qal, huwa evidenti fil-Bibbja, b’mod speċjali fil-Ġenesi. Dan hu minnhu għax Alla ħalaq id-dinja għall-bniedem biex ikun koperatur miegħu. L-Arċisqof stqarr li fil-Ġenesi l-konnessjoni bejn Alla w il-bniedem hija enfassizzata minħabba li Alla joħloq il-bniedem fuq ix-xbiha Tiegħu.
Il-bniedem jibqa’ jaqa’ għat-tentazzjoni tal-interess personali fejn ipoġġi lilu nnifsu qabel ħaddieħor. Dan id-dnub baqa’ jiġi pperpetwat minn dak ta’ Kajin u Abel. Madanakollu l-bniedem li huwa ħlejqa dgħajfa jibqa’ ċ-ċentru, u hu biss jidħol fis-saltna t’Alla.
L-Arċisqof appella sabiex kull Nisrani jimxi fuq l-eżempju ta’ Ġesu’. Aċċenna wkoll għal fatt li kull bniedem għandu jiġi mogħti d-dinjita’ li ħaqqu u dan qal nistgħu niksbuħ biss jekk aħna naraw lilna nfusna fihom.
It-tieni appell kien li t-tagħlim neżerċitawh u nipprovaw noħolqu bidla fejn hu possibli. Dan qal l-Arċisqof għandu jkun l-għan prinċipali ta’ kull nisrani, cioe li jirrapreżenta lil kull min hu bgħatut. B’hekk veru neżerċitaw eżempju nisrani – dak li ma’ nibqgħux passivi quddiem it-tbatija ta’ ħaddieħor iżda nagħtu każ ta’ min hu fil-bżonn. Din qal hija evidenti fit-tagħlim ta’ Ġesu’, fejn ir-ragħaj iħalli il-merħla warajħ biex isib in-nagħġa l-mitlufa.
AGĦFAS HAWN BIEX TISMA’ D-DISKORS TAL-ARĊISQOF MATUL IĊ-ĊELEBRAZZJONI TA’ KRISTU RE.
Click on the photo to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]