Press Releases

Mass for married and engaged couples

L-Arċisqof Chares J. Scicluna qed jistieden għal ċelebrazzjoni tal‑Quddiesa lill‑koppji li żżewġu fl‑2019 u lill‑koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul l‑2020.

Il‑Quddiesa għall‑għarajjes li ser jiżżewġu din is‑sena ser issir ghada s‑Sibt, 4 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m.

Il‑Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ is-sena li għaddiet ser issir is‑Sibt, 11 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m… Read more »

Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in January 2020

L-Erbgħa l-1 ta’ Jannar 2020, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof  Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi,  fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq TVM2 u fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħamis 2 ta’ Jannar, fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jikkonċelebra fil-Quddiesa tal-funeral tal-Kardinal Prospero Grech, fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan.

Is-Sibt 4 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li ser jiżżewġu matul l-2020, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Read more »

The fourth edition of ‘Kelma ta’ Ħabib’

The speeches by Archbishop Charles J. Scicluna

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jippreżenta ‘Kelma ta’ Ħabib’ lill-President ta’ Malta George Vella

Il-ġid komuni u l-ġustizzja soċjali huma żewġ temi rikorrenti fid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna li ġew ippublikati fil-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il-ktieb li jinsab fir-raba’ edizzjoni tiegħu jiġbor l-omeliji, l-artikli u l-messaġġi ta’ Mons. Scicluna fl-2018, ir-raba’ sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. L-Arċisqof ippreżenta kopja ta’ dan il-ktieb lill-President George Vella u lill-awtoritajiet tal-Istat waqt l-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida… Read more »

The birth of Jesus: the reply of love

Christmas message by Archbishop Charles J. Scicluna

In the experience of prayer of the Church during this holy time of Christmas, the theme of light shining in the darkness is a very powerful one. On Christmas night we recall the prophecy of Isaiah who wrote that “The people that walked in darkness have seen a great light” (Is 9:1). The dawn of the Lord shone on humanity, on us – the people in dire need of the birth of our Saviour… Read more »

Exchange of Christmas Greetings at the Archbishop’s Curia

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu lill-pubbliku għall-iskambju tal-awguri tal‑istaġun, nhar il‑Ħadd 22 ta’ Diċembru bejn l‑10am u nofsinhar, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il‑bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja. Dakinhar, għall‑ħabta tal‑10:15am, l‑Arċisqof iwassal messaġġ lil dawk preżenti. Read more »

The Archbishop during Christmas and the beginning of the New Year

Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il-Milied.

It-Tlieta 24 ta’ Diċembru, lejlet il-Milied, fil-5:00 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi l-ewwel għasar tal-Milied solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u fil-5:30 p.m., jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili.

Dakinhar stess, fil-10:45 p.m. jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir ukoll il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied… Read more »

14 paintings in Mosta Basilica restored

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi waqt id-diskors tiegħu

Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr fuq 14-il pittura fil-Bażilika Minuri ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, b’investiment ta’ €82,000 b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Fost il-pitturi restawrati hemm erbgħa li jmorru lura għas-seklu 17 kif ukoll seba’ pitturi ta’ Giuseppe Calì u erbgħa ta’ Stefano Erardi.

Il-proġett ġie inawgurat il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Edward Zammit Lewis u mis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia… Read more »

A fund for Albania earthquake victims

L-Arċisqof George Frendo O.P. waqt iż-żjara lill-vittmi tat-terremot fl-Arċidjoċesi tiegħu ta’ Tirana-Durrës

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex qed jappellaw għal donazzonijiet b’risq il-vittmi tat-terremot li seħħ fl-Albanija. Aktar minn 50 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li mal-4,000 ruħ spiċċaw bla dar u hemm urġenza għall-għajnuna.

Fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, Caritas Malta b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus… Read more »

Feast of the Immaculate Conception celebrated this Sunday

L-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Esteban Murillo li tinsab f’The Hermitage, St Petersburg

Il-Kongregazzjoni tal-Kult Divin u tad-Dixxiplina tas-Sagramenti tas-Santa Sede laqgħet it-talba tal-Isqfijiet Maltin biex is-Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija, il-Kunċizzjoni, tiġi ċċelebrata fil-ġurnata tagħha, jiġifieri nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Diċembru. Dan minkejja li l-festa taħbat fit-tieni Ħadd tal-Avvent.

Din l-awtorizzazzjoni ngħatat mill-kongregazzjoni lill-Provinċja Ekkleżjastika Maltija, jiġifieri l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex, għal din is-sena biss… Read more »

Commitment towards Unity, Truth and Justice

An Appeal by the Bishops of Malta and Gozo

(left) Bishop Mario Grech, Archbishop Charles J. Scicluna and Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

As spiritual leaders of Catholics in Malta and Gozo, we Bishops wish to make an appeal that during these turbulent times we all seek to work together, with a calm sense of purpose, to promote truth and justice with charity and respect for one another.

We join His Excellency the President of the Republic Dr George Vella, in his appeal for unity… Read more »