Press Releases

The Archdiocese of Malta congratulates Bishop-elect Mgr Anton Teuma

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lill‑Isqof‑elett Mons. Anton Teuma, għall‑ħatra tiegħu mill‑Papa Franġisku bħala Isqof tad‑Djoċesi ta’ Għawdex.

L‑Isqfijiet jirringrazzjaw lill‑Isqof Mario Grech għall‑ħidma tiegħu tul dawn l‑aħħar 14‑il sena bħala ragħaj tad‑Djoċesi ta’ Għawdex u kollaboratur ewlieni fil‑Konferenza Episkopali Maltija. L‑Arċisqof Scicluna u l‑Isqof Galea‑Curmi jwiegħdu t‑talb tagħhom u tal‑Knisja f’Malta għall‑Isqof‑elett u għad‑Djoċesi ta’ Għawdex.

✠ Charles J… Read more »

Preparation for Holy Mass in churches

Bħala parti mit-tħejjijiet għall-Quddies fil-knejjes bil-preżenza tal-pubbliku minn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej (13 u 14 ta’ Ġunju), ġiet ippublikata lista tal-ħinijiet tal-Quddies li ser jigi ċċelebrat fil-parroċċi. Din il-lista hija aċċessibbli fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt u fiha wieħed isib ukoll in-numru ta’ postijiet disponibbli f’kull knisja skont il-miżuri ta’ distanza soċjali. Numru ta’ parroċċi qed jimplimentaw ukoll sistema ta’ booking online li ġiet żviluppata mill-Kurja tal-Arċisqof, u li permezz tagħha numru limitat ta’ postijiet fil-knisja jistgħu jiġu riżervati permezz ta’ din il-formola online… Read more »

The common good of the seas

2020 annual concerted action of Justice and Peace Europe

On World Ocean’s Day, today 8th June 2020, the Justice & Peace Commission (JP) began working on raising awareness on the Maltese seas and shores, inspired from the European action plan launched by Justice and Peace Europe about the Common Good of the Seas.

The Commission, which contributed in drafting the document of the action plan, has examined its propositions and particularly looked at those issues that are most relevant for Malta… Read more »

Archbishop launches the document ‘One Church, One Journey’

Renewal Process of the Church

  St Paul's Grotto, Rabat

Illum, il‑Ħadd 7 ta’ Ġunju 2020, Solennità tat‑Trinità Qaddisa, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna nieda d‑dokument ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ – dokument li jagħti l‑viżjoni tal‑Knisja f’Malta u l‑proċess ta’ tiġdid tal‑Knisja ispirat minn din il‑viżjoni. Dan id‑dokument jindika wkoll impenji partikulari fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta għall‑erba’ snin li ġejjin fid‑dawl ta’ dan il‑proċess ta’ tiġdid.

It‑tnedija ta’ dan id‑dokument saret waqt Quddiesa li l‑Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra fil‑Grotta ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u li ġiet imxandra fuq il‑mezzi ta’ komunikazzjoni… Read more »

General Notice

Minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, il‑Kurja tal‑Arċisqof, inkluż l‑Uffiċċju Żwiġijiet u l‑uffiċċju ċentrali tal‑Caritas, il-Furjana, u t‑Tribunali Ekkleżjastiċi fil‑Belt Valletta, se jerġgħu jiftħu għall‑pubbliku. Bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is‑saħħa u s‑sigurtà tal‑pubbliku u tal‑impjegati, kull min għandu bżonn iżur dawn l-uffiċċji għandu jagħmel dan permezz ta’ appuntament, kif ukoll jilbes maskra/visor fil-ħin li jkun fil-bini.  

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ iċempel fuq 25906238 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id‑9am u l‑4pm, jew jibgħat email fuq [email protected]Read more »

Mass to resume with the presence of the faithful

Dispensation of Sunday Mass obligation remains in force

  The Archbishop's Curia, Floriana

(left) Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi, Archbishop Charles Jude Scicluna and Fr Andre Zaffarese, Delegate for Work and Life in Parishes

Fi tmiem laqgħa tal‑Konferenza Episkopali Maltija, li saret illum, it‑Tlieta 2 ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħabbar li mis‑Sibt‑13 ta’ Ġunju filgħaxija u l‑Ħadd 14 ta’ Ġunju, festa ta’ Corpus Christi (Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Għażiż tal‑Mulej), ser jerġa’ jibda jiġi ċċelebrat il‑Quddies bil‑preżenza tal‑pubbliku, fil‑knejjes f’Malta u Għawdex… Read more »

New Manager for the Church home for the elderly ‘Holy Family Home’

The Archdiocese of Malta has appointed George Portanier as the new manager at Holy Family Home in Naxxar, as of 1st June.

Mr Portanier obtained a Masters in Finance and Investment from York University, an MBA from Edinburgh University and a Masters in Economics of Competition Law from the University of Malta. He served as a director on the board of Bank of Valletta plc for more than 20 years… Read more »

Broadcasts of the liturgical celebrations by Archbishop Charles Jude Scicluna in June 2020

Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa…
  • Read more »

The Bishops invite the faithful to join Pope Francis in prayer

Lourdes Grotto, the Vatican Gardens (Photo: CNS photo/L’Osservatore Romano)

The Bishops of Malta and Gozo invite all the faithful to join in prayer on the Solemn Feast of Pentecost, tomorrow, which should have also marked the visit of His Holiness Pope Francis to our islands. The Bishops invite them to pray for Pope Francis, for the Church, for our country and for the whole world… Read more »

Help from parish priests to students who are sitting for their exams

54 parishes available for students to take their exams

54 parroċċa f’Malta qed joffru għajnuna lill‑istudenti li ser ikunu qed jagħmlu l‑eżamijiet online fil‑ġranet li ġejjin, billi joffru spazji fejn l‑istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l‑eżami. Numru ta’ kappillani qed joffru wkoll lill‑istudenti s‑servizz ta’ Wi‑Fi li għandhom fil‑bini tal‑parroċċa. L-ispazji offruti jinkludu uffiċċji, ċentri parrokkjali u klassijiet tad‑duttrina.

Din l‑inizjattiva mill‑kappillani għandha tgħin lill‑istudenti li minħabba diversi ċirkustanzi fid‑dar jew fil‑familja ma jkunx possibbli għalihom li joqogħdu għall‑eżami f’post għall‑kwiet… Read more »