Press Releases

The diocesan celebration on the solemnity of Christ the King

Nhar il‑Ħadd li ġej, 22 ta’ Novembru 2020, il‑Knisja Kattolika ser tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re. L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu rappreżentanza żgħira minn kull parroċċa biex jingħaqdu magħhom għaċ‑ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil‑5:00 p.m. u se ssir fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fejn ser tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar). Dakinhar, l‑Arċisqof iwassal il‑messaġġ tiegħu f’din il‑festa importanti għall‑Insara u wara jagħti l‑barka sagramentali… Read more »

Promoting the University Certificate in Safeguarding of Children and Young People

The annual report of the Safeguarding Commission

Following the recommendation of the Safeguarding Commission,  the Church imposed a restriction on 4 persons in 2018, and a restriction on one other person in 2019. These involved diocesan priests, religious priests and lay persons, where an allegation of sexual abuse was substantiated. Three other restrictions concerned physical and emotional abuse, and poor practice. Andrew Azzopardi, the Head of the Safeguarding Commission, explained that all these cases were referred to civil authorities… Read more »

Ceiling paintings restoration completed in Rabat Minor Basilica

Another project co-financed by European Funds

  St Paul's Minor Basilica, Rabat

Tlesta l‑proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal‑pitturi li jinsabu mas‑saqaf tal‑kappella ddedikata lil Sant’Antnin fil‑Bażilika Minuri ta’ San Pawl fir‑Rabat. Ix‑xogħol ta’ restawr, li ammonta għal madwar €80,000 b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u l‑Arċipriet Kan. Louis Suban… Read more »

Three new candidates for the priesthood

Three seminarians, who are currently in their fifth year of studies at the Archbishop’s Seminary, will ask Archbishop Charles Jude Scicluna to accept them officially as candidates for the Ordination to the Diaconate and the Priesthood. This celebration will be held on Sunday 1st November 2020, during All Saints Day Mass at St John’s Co‑Cathedral, Valletta, at 9:30 a.m.

Ian Diacono from the Parish of Stella Maris, Tas-Sliema, Gylan Camilleri from the Parish of St Anne, Marsaskala, and Clive Seychell from the Parish of St Joseph, Kalkara, will publicly manifest their will to offer themselves to the Church to serve in the ministerial priesthood… Read more »

Holy Mass on All Saints’ and All Souls’ Day

Nhar il-Ħadd, l‑1 ta’ Novembru 2020, fid-9:30 a.m., l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Waqt il-quddiesa tliet seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju, ser jitolbu lill‑Arċisqof biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali.

It-Tnejn, 2 ta’ Novembru, fid-9:30 a.m., fit‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha, l‑Arċisqof ser jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid, b’suffraġju għal ruħ il-mejtin kollha, b’mod partikolari l‑vittmi tal‑COVID‑19… Read more »

Maltese Bishops congratulate Cardinal-elect Mario Grech

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jawguraw lill-Isqof Mario Grech, tal-ħatra tiegħu mill-Papa Franġisku bħala kardinal. L-Arċisqof Charles Jude Scicluna, l-Isqof Anton Teuma u l-Isqof Joseph Galea-Curmi, jifirħu lid-Djoċesi ta’ Għawdex u l-familja tal-Kardinal-elett, ta’ din l-ewwel ħatra ta’ kardinal Għawdxi. Huma jwegħduh it-talb tagħhom biex ikompli jaqdi l-Knisja Universali skont ir-rieda ta’ Alla.

✠  Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta
    President tal‑Konferenza Episkopali Maltija

✠  Anton Teuma
    Isqof ta’ Għawdex 

✠ Joseph Galea‑Curmi 
    Isqof Awżiljarju ta’ Malta

Read more »

European funds for the restoration of the dome of Żurrieq parish church

Fil‑ġimgħat li ġejjin se jibda r‑restawr minn barra tal‑koppla tal‑knisja arċipretali ta’ Santa Katarina fiż‑Żurrieq. Dan il‑proġett, li ser isir b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, ser jiswa €70,000. Id‑dettalji tal‑proġett tħabbru dalgħodu mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u mill‑Arċipriet taż‑Żurrieq Dun Karm Mercieca.

Waqt il‑konferenza tal‑aħbarijiet ġie spjegat li matul ix‑xogħol ta’ restawr se titnaddaf il‑ġebla tal‑koppla u jinbidel il‑ġebel li ġarrab l‑akbar ħsara, se jitneħħa l‑membrane u jiġi rrestawrat id‑deffun, u se jiġu rrestawrati wkoll l‑aperturi tal‑injam… Read more »

Archbishop Scicluna shows appreciation for Infrastructure Malta’s collaboration with the Church

 L-Arċisqof Charles Jude Scicluna apprezza l-ħidma li qed issir minn Infrastructure Malta mal-Arċidjoċesi ta’ Malta permezz ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ, fosthom bit-tħawwil ta’ siġar, fi spazji oħrajn miftuħa mmexxija mill-Knisja f’diversi lokalitajiet. 

Waqt żjara fil-ġonna tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, fejn qed jitħawlu 1,400 siġra minn Infrastructure Malta, l-Arċisqof sostna li s-siġar imħawlin huma pulmun ta’ arja nadifa mhux biss għas-saċerdoti anzjani residenti fid-Dar tal-Kleru iżda wkoll għar-residenti ta’ Birkirkara… Read more »

The fifth edition of the Bible in Maltese is launched

L‑Għaqda Biblika Maltija nediet il‑ħames edizzjoni tal‑Bibbja bil‑Malti riveduta skont l‑aħħar studji mill‑Biblisti Maltin. Il‑Bibbja, li għandha sservi ta’ gwida għall‑formazzjoni ta’ kull Nisrani, qed tiġi ppublikata fis‑60 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Għaqda Biblika Maltija.

It‑tnedija tal‑Bibbja bil‑Malti ġiet ippreżentata lill‑Isqfijiet waqt laqgħa tal‑Konferenza Episkopali Maltija fil‑Kurja tal‑Arċisqof il‑Furjana.

Fil‑messaġġ tiegħu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna qal li minkejja l‑messaġġ tal‑Bibbja ma jinbidilx, huwa essenzjali li minn żmien għal żmien jiġi aġġornat il‑lingwaġġ li bih tkun inkitbet sabiex nifhmu u nersqu aktar lejn il‑Kelma tal‑Mulej… Read more »

Church Schools safeguard the right to education for all

With reference to the aggressive stance taken today by the Malta Union of Teachers (MUT) against Church Schools, Church authorities: 

1. will continue to ensure that the health and safety of educators, students and staff in all Church schools remains paramount, in adherence to the guidelines issued by Public Health Authorities. 

2. remain committed to continue providing over 17,000 students with the right to their education, despite the challenging situations being faced. 

3… Read more »