49 people graduate from the Institute of Pastoral Formation
23/11/202149 persuna temmew b’suċċess wieħed mis‑sitt korsijiet li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret ilbieraħ, it‑Tnejn 22 ta’ Novembru 2021, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u tmexxiet mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna. Iċ‑ċerimonja bdiet b’quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.
Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu: fl‑oqsma tal‑familja, it‑teoloġija, l‑ekumeniżmu, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, l‑istudji fl‑ispiritwalità Injazjana, u l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti… Read more »














