Press Releases

Liturgical celebrations by Archbishop Charles Jude Scicluna in September 2021

Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Read more »

Two 17th century chapels in Ħal Għargħur restored

Projects by the Foundation for Cultural Heritage co-financed by EU funds

Il-Kappella taż-Żellieqa

Tlesta x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq żewġ kappelli ddedikati lil Marija Assunta, magħrufa bħala ‘taż‑Żellieqa’ u ‘ta’ Bernarda’, żewġ kappelli tas‑seklu 17 li jinsabu f’Ħal Għargħur. Dan sar mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġetti ġew inawgurati mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑kappillan Dun Christopher Galea… Read more »

The Archbishop inaugurates art collection at Mdina Cathedral Museum

The art collection is open to the general public as of today

L‑Arċisqof Charles Scicluna inawgura kollezzjoni ġdida ta’ opri tal‑arti fil‑Mużew tal‑Katidral tal‑Imdina. Din ingħatat b’donazzjoni minn Dr John Bugeja Caruana biex titgawda mill-pubbliku. Il‑kollezzjoni, li tinsab fis‑Sala Nobile tal‑mużew, tinkludi pitturi, għamara, għadd ta’ muniti antiki u artifatti oħra taċ‑ċeramika u tal‑fidda. Il‑pitturi jinkludu xogħlijiet ta’ Mattia Preti, Antoine Favray, Francesco Zahra u oħrajn, waqt li l‑kollezzjoni tal‑għamara hija waħda mill‑ifjen f’Malta.

Fil‑messaġġ tiegħu waqt l-inawgurazzjoni, l‑Arċisqof Charles Scicluna rringrazzja lil
Dr Bugeja Caruana tal‑ġenerożità u l‑fiduċja kbira tiegħu li jgħaddi dan il‑patrimonju artistiku lill‑Knisja sabiex jitgawda mill‑pubbliku Malti u mit‑turisti… Read more »

Statement on Fr Adrijanu Cachia

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tfakkar li Fr Adrijanu Cachia m’għadux Patri Franġiskan Minuri u m’għandux permess jeżerċita l-ministeru saċerdotali fil-pubbliku. Read more »

Ħ’Attard parish church façade is inaugurated

A project co-financed by EU funds

Tlesta x‑xogħol ta’ restawr fuq il‑faċċata u l‑ħajt ta’ ġenb wieħed tal‑knisja parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħ’Attard, xogħol li sar b’investiment ta’ €61,000 b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll il‑Kap tat‑Taqsima Proprjetà tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Roberto Buontempo, u l‑kappillan Dun Joseph Grech.

Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxa wkoll il‑poplu ta’ Ħ’Attard, twettaq xogħol ta’ restawr fuq il‑faċċata u l‑ġenb tal‑knisja wara li dawn ġew affettwati mid‑deterjorazzjoni tal‑ġebla, fosthom l‑espożizzjoni għall‑elementi naturali, l‑umdità u t‑tniġġis tal‑arja… Read more »

A new Church project to empower youths in Senglea

A project co-financed by EU Funds

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta, permezz tal‑Fondazzjoni għall‑Opri Soċjali, applikat u ngħatat il‑fondi tal‑Unjoni Ewropea biex tmexxi proġett soċjali għaż‑żgħażagħ tal‑Isla. L‑għan ewlieni tal‑proġett hu li jħeġġeġ u jagħti l‑għodda meħtieġa lill‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ ta’ bejn 12 u 19‑il sena, sabiex ikollhom esperjenzi pożittivi u opportunitajiet ġodda permezz ta’ programmi ta’ taħriġ.

Dan il‑proġett b’investiment ta’ €86,000, li 80% ser jiġu ffinanzjati mill‑Fond Soċjali Ewropew, tħabbar waqt konferenza tal‑aħbarijiet li saret dalgħodu fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina fl‑Isla… Read more »

2020 Financial Report: Substantial decrease in Church collections due to the pandemic

In 2020, the Archdiocese of Malta, which includes more than 100 entities and employs more than 1,300 people, registered a significant decrease in its surplus from €3.5 million in 2019 to €1.2 million in 2020. The two main factors which contributed to this surplus were a one-off donation in shares to Fondazzjoni Sebħ, as well as inheritance received by Dar tal-Providenza and Dar tal-Kleru.

This was announced by the Administrative Secretary of the Archdiocese, Michael Pace Ross, during a press conference at the Archbishop’s Curia where he explained that the pandemic brought about great challenges… Read more »

New appointments in various parishes in Malta

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Santa Luċija

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Ronnie Zammit bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Piju X, Santa Lucija.

Dun Ronnie Zammit twieled fid‑9 ta’ Marzu 1982. Huwa rċieva l‑formazzjoni għas‑saċerdozju fis‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u segwa l‑istudji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2009.

Dun Ronnie serva fil‑parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u kien viċi kappillan tal‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien… Read more »

Liturgical celebrations by Archbishop Charles Jude Scicluna in August 2021

Aktar ritratti fuq: knisja.mt/ritratti

Matul ix‑xahar ta’ Awwissu l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju…
  • Read more »

The Foundation of the Jesuits’ Church established

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi flimkien mal‑Ministru għall‑Wirt Nazzjonali, l‑Arti u l‑Gvern Lokali Jose Herrera ppresedew għall‑iffirmar tat‑twaqqif tal‑Fondazzjoni tal‑Knisja tal‑Ġiżwiti.

Il‑Knisja taċ‑Ċirkonċiżjoni tal‑Mulej, magħrufa bħala l‑Knisja tal‑Ġiżwiti, hija waħda mill‑eqdem knejjes fil‑Belt Valletta, u waħda mill‑akbar fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑Knisja kienet oriġinarjament inbniet bejn l‑1593 u l‑1609 mill‑Ordni tal‑Ġiżwiti. Il‑Knisja tinkludi xogħlijiet ta’ arti ta’ Mattia Preti, Giovanni Battista Caracciolo, Stefano Erardi u Alessio Erardi fost oħrajn, u l‑artal titulari huwa magħmul minn Filippo Paladini… Read more »