800th anniversary of St Francis of Assisi’s death celebrated in Malta
11/02/2026Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta
F’għeluq it-800 sena mill-mewt ta’ San Franġisk t’Assisi, ir-reliġjużi Franġiskani f’Malta qed jorganizzaw għadd ta’ ċelebrazzjonijiet biex jitfakkar dan l-anniversarju importanti.
Relikwa ta’ dan il-qaddis mill-Bażilika ta’ San Franġisk t’Assisi nġabet hawn Malta mill-Franġiskani Konventwali għal din l-okkażjoni u se tinżamm f’pajjiżna sat-18 ta’ Frar 2026. Ir-relikwa se tkun f’bosta parroċċi għall-qima u għat-talb tan-nies f’dawn il-parroċċi: Burmarrad, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, Raħal Ġdid, Santa Venera, il-Mosta, ir-Rabat, l-Isla, il-Qawra, ir-Rabat Għawdex, San Ġiljan u l-Belt Valletta… Read more »














