3D digital replica of Christ the Redeemer to be created
23/08/2023Heritage Malta iffirmat Memorandum of Understanding mal-għaqda volontarja SOCEP (Senglean Organisation of Culture and Ecclesiastical Patrimony) biex tiskennja u toħloq verżjoni diġitali tridimensjonali tal-istatwa ikonika tar-Redentur tal-Isla. B’dan il-ftehim, Heritage Malta se tipprovdi wkoll konsulenza teknika u se tgħin lil SOCEP billi tiddiġitizza assi b’mod bidimensjonali u toħloq l-istrutturi ta’ metadata relatati. Min-naħa tagħha, SOCEP qablet li tagħti aċċess għall-artefatti li se jiġu diġitizzati. Il-ftehim ikopri perjodu ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded… Read more »