DISCUSSION ON FEASTS DOCUMENT STILL ONGOING
05/03/2011Kuntrarjament għall-impressjoni li setgħet ingħatat mill-Għaqda Nazzjonali Armar tal-Festi fit-Toroq din il-ġimgħa, li f’covering letter għal “rapport intensiv” li ħarġet qalet li “bosta qegħdin jistaqsu fejn waslu s’issa l-konsultazzjonijiet dwar li-festi”, kelliem għall-Kurja tal-Arċisqof mhux talli kkonferma li rappreżentanti tal-Knisja fil-bidu ta’ Frar li għadda ltaqgħu ma’ uffiċjali tal-Għaqda, imma qal ukoll li ż-żewġ naħat għandhom jerġgħu jiltaqgħu dan ix-xahar.
Il-kelliemi qal li fil-laqgħa ta’ Frar kienu diskussi l-armar li jintuża waqt il-marċi u l-armar l-ieħor tal-festa… Read more »










