AUSTRALIAN HIGH COMMISSIONER FOR MALTA VISITS SAINT URSOLA MONASTERY
04/11/2010Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Novembru, 2010, il-Kummissarju Għoli tal-Awstralja għal Malta, l-E.T. Ms Anne Quinane, akkumpanjata minn Mons. Philip Calleja, marret il-Monasteru tas-Sorijiet tal-Klawsura ta’ Sant Ursola, il-Belt, iżżur liż-żewġt aħwa Sr Christine u Lillian Borġ, it-tnejn imweldin l-Awstralja.
Hi saret taf bihom f’laqgħa li kellha ma’ ommhom, wara l-Quddiesa li ġiet iċċelebrata fl-KonKatidral ta’ San Ġwann nhar il-Ħadd 24 ta’ Ottubru, fl-okkażjoni ta’ Jum il-kanonizzazzjoni ta’ l-ewwel Qaddisa Awstraljana, Sr Mary of the Cross (Mary Helen MacKillop)… Read more »