PRAYER MEETINGS FOR FAMILIES
01/05/2011Nhar it-Tlieta 26 t’April saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji. Din saret fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq bis-sehem tal-Parroċċi ta’ Ħal Kirkop, Mqabba, Qrendi u Ħal Safi li jiffurmaw parti mill-istess Unità 16.
Dawn il-laqgħat qed jiġu organizzati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. … Read more »










