€14,500 DONATIONS IN SOLIDARITY WITH LIBYA AND HONDURAS
06/07/2011Nhar it-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2011, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech qassam f’isem il-Knisja mill-gżira tat-Tlieta Għoljiet donazzjonijiet lill-knejjes fil-Libja u l-Ħonduras fejn qed jaħdmu prelati Maltin.
Huwa għadda s-somma ta’ €4,000 lill-Isqof Silvestru Magro OFM, Vigarju Apostoliku ta’ Bengażi. Offerta simili se titwassal ukoll lill-Vigarju Apostoliku ta’ Tripli, l-Isqof Giovanni Martinelli OFM.
Il-kelliemi għad-djoċesi ta’ Għawdex, Dun Giovanni Curmi, fisser li f’nota personali, l-Isqof Grech wassal il-viċinanza tal-poplu Għawdxi mal-Knisja fil-Libja, u wiegħed it-talb biex ma ddumx ma sseħħ il-paċi fil-Libja… Read more »










