“WE HAVE UNDERMINED THE VALUE AND MEANING OF SEXUALITY”
06/11/2010“Fl-ethos tal-bniedem tal-Punent, is-sesswalità umana m’għadhiex titqies bħala aspett serju tal-ħajja tal-bniedem. Svojtajna s-sesswalità mill-verità u t-tifsira proprja tagħha. Is-sesswalità m’għadhiex titqies bħala attività ‘sagra’, u għax timpenja l-persuna bħala tali, issa qed tiġi pubbliċizzata bħala ‘attività mekkanika’.”
Hekk sostna l-Isqof Mario Grech waqt konferenza nazzjonali li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet dwar ‘Is-Sbuħija tal-Ġisem: lejn it-Teoloġija tal-Ġisem’. Il-konferenza kienet organizzata minn Dar Ġużeppa Debono… Read more »