Il-kontorni tad-dibattitu nazzjonali dwar jekk f’Malta għandhiex tiddaħħal leġiżlazzjoni li tippermetti lill-koppji miżżewġin biex jiddivorzjaw, kulma jmur qed jiffurmaw irwieħhom.
Fl-aħħar ħmistax rajna l-ewwel it-twaqqif tal-moviment ‘Żwieġ bla Divorzju’, moviment li jsostni li d-dħul tad-divorzju mhix għażla għaqlija hekk kif dan ibiddel in-natura taż-żwieġ. Sussegwentement, il-‘Moviment Iva Għad-Divorzju’ nieda l-logo tiegħu li jġib il-kliem: ‘Iva għad-Divorzju, Iva għaż-Żwieġ’.
Irridu nistqarru li l-logo magħżul mill-moviment favur id-dħul tad-divorzju f’Malta għalina jqajjem għadd ta’ mistoqsijiet li jitolbu tweġiba, primarjament dwar il-konsistenza bejn iż-żewġ frażijiet li jikkomponu dan l-istess logo… Read more »