OVER 300 MALTESE PRIESTS AND 90 LAY PEOPLE IN MISSIONARY WORK
23/10/2011Minn stħarriġ li għamlet Il-ĠENSillum online jirriżulta li bħalissa f’għadd ta’ pajjiżi fid-dinja, 318 saċerdot Malti u Għawdxi u 90 lajk huma impenjati f’ħidma pastorali, soċjali, edukattiva u ta’ karità. Fost dawn hemm tmien Isqfijiet Maltin, tnejn fil-Brażil, tnejn oħra fil-Ħonduras, u oħrajn fil-Kenja, l-Albanija, l-Libja u s-Sri Lanka.
Malta għandha wkoll ħames saċerdoti li qegħdin iwettqu ħidma għas-Santa Sede. Barra dawn is-saċerdoti u lajċi Maltin impenjati barra minn pajjiżna, għadd ta’ sorijiet Maltin qed iwettqu ħidma diversa f’artijiet tal-missjoni… Read more »












