THE ARCHBISHOP ASKS PRIESTS TO BE OF SERVICE, OBEDIENT AND AVAILABLE
07/04/2012Meta kien qed ikellem lis-saċerdoti waqt l-omelija li għamel fil-Quddiesa tal-Griżma nhar il-Ħamis filgħodu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ħeġġiġhom biex ikunu ta’ servizz, ubbidjenti u disponibbli.
Waqt din il-quddiesa, l-unika waħda li kienet iċċelebrata nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu fl-Arċidjoċesi, is-saċerdoti, li mlew aktar minn nofs il-Konkatidral, ġeddew il-wegħdiet saċerdotali tagħhom. L-Arċisqof qal lis-saċerdoti miġbura fil-Konkatidral ta’ San Ġwann li “hemm tliet kelmiet li jfissru dak li se nagħmlu bit-tiġdid tal-wegħdiet saċerdotali tagħna: servizz, ubbidjenza u disponibbiltà”… Read more »












