INAUGURATION OF THE FIRST PHASE OF THE MIGRATION MUSEUM
24/12/2011Nhar il-Ħamis 22 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. inawgura l-ewwel fażi tal-Mużew Diġitali tal-Migrazzjoni li qed isir mill-Kummissjoni Emigranti fil-bini ta’ Dar l-Emigrant, Valletta. L-inawgurazzjoni saret waqt l-okkażjoni soċjali tal-Milied li l-Kummissjoni Emigranti torganizza kull sena għall-operaturi u l-voluntiera fid-diversi ħidmiet tagħha.
Dun Alfred Vella, Direttur tal-Kummissjoni Emigranti, spjega li l-ewwel fażi tal-mużew, li x-xogħol fuqha qed isir mill-Grupp Exalta, tħaddan sistema ta’ digital collection management li tirrekordja, tikkonsolida u tippriserva d-dokumentazzjoni kollha li għandha l-Kummissjoni Emigranti dwar l-emigrazzjoni minn Malta. … Read more »








