DIOCESAN ASSEMBLY OF THE CHURCH IN MALTA
23/09/2011L-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jippresiedi l-Assemblea Djoċesana tal-Knisja f’Malta li se tiltaqa’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru filgħaxija u s-Sibt 24 ta’ Settembru filgħodu, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, B’Kara.
Din hi laqgħa annwali li tiġbor flimkien mal-Arċisqof il-mexxejja tal-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta – il-membri tal-kunsill presbiterali u tal-kunsill pastorali djoċesan, id-delegati tal-Arċisqof fis-Segretarjati u Kummissjonijiet Djoċesani, il-provinċjali tal-kongregazzjonijiet reliġjużi, il-kappillani, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, il-mexxejja tal-għaqdiet u l-movimenti tal-Knisja, u diversi persuni oħra li jagħtu sehemhom fil-ħajja tal-Knisja… Read more »