OHLOQ TBISSIMA
07/07/2011Dalwaqt terġa tkun magħna l-Maratona Oħloq Tbissima – il-Maratona ta’ 60 siegħa xandir live imtella’ minn ĊAM Productions international (CPi), il-production house fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). Din is-sena Oħloq Tbissima ser tibda nofsinhar tat-8 ta’ Lulju u tibqa sejra bla waqfien sal-Ħadd 10 ta’ Lulju f’nofsillejl.
Din il-Maratona, din is-sena fid-disa’ edizzjoni tagħha, issa ndrat sew u ħafna jafu li l-għan ta’ din il-maratona hu li titqajjem kuxjenza missjunarja, filwaqt li jinġabru fondi b’risq il-missjonijiet fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), fil-Filippini, fil-Peru u fil-Pakistan, kif ukoll b’risq Dar San Ġużepp f’Santa Venera… Read more »