NEW ENERGY FOR THE CHURCH IN MALTA
24/09/2011Wieħed mir-riżultati pożittivi tas-Sinodu Djoċesan li sar fis-snin 1999-2003 kien l-introduzzjoni ta’ Assemblea Djoċesana li tiltaqa’ kull sena. L-Assemblea ta’ din is-sena, it-tmien waħda wara s-Sinodu, qed tiltaqa’ llum u għada.
L-għan tal-Assemblea hu li jiltaqgħu flimkien mal-Arċisqof il-mexxejja tal-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta – kunsilli ewlenin, kongregazzjonijiet reliġjużi, segretarjati u kummissjonijiet djoċesani, parroċċi, għaqdiet u movimenti, skejjel – u nies oħra involuti mill-qrib fil-ħidma pastorali tal-Knisja, biex jagħmlu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-Knisja fis-soċjetà Maltija llum, fid-dawl tal-Pjan Pastorali, u jagħtu ħarsa wkoll ’il quddiem… Read more »