MARRIAGE WEEK
12/02/2012ProġettImpenn ser jorganizza għal darb’oħra ‘ĠimgħaŻwieġ’, li qed tiġi ċċelebrata f’aktar minn 20 pajjiż, fost oħrajn fl-Ewropa u fl-Istati Uniti. Għall-ewwel darba, ĠimgħaŻwieġ ser tiġi ċċelebrata wkoll fil-Parlament Ewropew b’diskussjoni taħt il-patrunaġġ tal-Membru Parlamentari Ewropew Slovakka, Anna Zaborska.
F’Malta, ĠimgħaŻwieġ tiftah illum il-Ħadd 12 ta’ Frar. Illejla, fis-6.30 p.m., l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiltaqa’ mal-għarajjes kollha li ser jiżżewġu matul din is-sena, għal ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Read more »