The Opening of the Year of Faith
11/10/2012Illum, il-11 t’Ottubru 2012, hija l-ewwel ġurnata li qiegħda timmarka l-bidu tas-Sena tal-Fidi, wara xewqa tal-Papa Benedittu XVI biex “mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja”.
Bħalissa wkoll qiegħed iseħħ is-Sinodu tal-Isqfijiet li beda fis-7 t’Ottubru u se jibqa’ għaddej sal-24 tal-istess xahar bit-tema tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Minn Malta qed jattendi l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-Isqfijiet Maltin għaddewlna l-kelma Appostolika tagħhom fuq is-sena speċjali li se nibdew illum… Read more »













