The ‘Oħloq Tbissima’ marathon this weekend
30/07/2012Ser terġa tittella l-Maratona Oħloq Tbissima: 60 siegħa ta’ xandir live miċ-ĊAM Productions international (CPi) u l-Production House fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). L-għaxar edizzjoni tal-maratona ser tibda f’nofsinhar tat-3 t’Awwissu u tibqa’ sejra sal-Ħadd 5 t’Awwissu f’nofsillejl.
Bħal edizzjonijiet passati, l-għan huwa li titqajjem kuxjenza missjunarja, filwaqt li jinġabru fondi b’risq il-missjonijiet fi ħdan l-MSSP, fil-Filippini, fil-Peru u fil-Pakistan, kif ukoll b’risq id-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera u għall-Evanġelizzazzjoni permezz tal-Media… Read more »