MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013
Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, l-entità uffiċċjali fi ħdan l-knisja għall-pastorali maż-żgħażagħ, tagħraf l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw l-possibiltà sħiħa li jiffurmaw rwieħhom fid-dimensjonijiet kollha tal-ħajja tagħhom, kemm dik umana kif ukoll spiritwali (Draft National Children’s Policy 2011, 3.1, 4.1). Nemmnu li din hija responsabbiltà li l-Istat jaqsam flimkien mal-korpi kostitwi kollha, fosthom il-Knisja.
L-organi politiċi huma depożiti tal-valuri umani diversi fis-soċjetà, għalhekk nistennew li t-tfassil tal-politika jkun immexxi minn viżjoni li tħaddan u tippromwovi dawn l-istess valuri umani… Read more »