Mgr Alfred Xuereb appointed Prelate Secretary General
04/03/2014- Mgr Alfred Xuereb appointed Prelate Secretary General
- Il-Papa Frangisku ħatar lil Mons. Alfred Xuereb bħala Prelat Segretarju Ġenerali tas-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede. Id-digriet tal-ħatra ġie ffirmat dalgħodu stess mill-Papa, flimkien mad-digriet tal-ħatra tal-Kardinal George Pell bħala Prefett tal-istess Segreterija. Is-Segreterija l-ġdida għandha fir-responsabbiltà tagħha l-funzjonijiet ekonomiċi u amministrattivi kollha tas-Santa Sede u tal-Istat tal-Vatikan. Għandha wkoll l-istess livell ta’ dmirijiet u drittijiet bhal dik tas-Segreterija tal-Istat…














