New Parish Priest for Tarxien
17/08/2014-
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Michael Bellizzi bħala kappillan tal-parroċċa Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.
Dun Michael Bellizzi twieled fl-4 ta’ Novembru 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle, u l-edukazzjoni post-sekondarja fin-New Lyceum (Junior College). Huwa kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta.
Dun Michael ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997…













