Live-in for Parish Priests 2015
13/01/2015-
70 kappillan tal-parroċċi f’Malta, u 15-il kappillan tal-parroċċi f’Għawdex, qegħdin jattendu għal-live-in annwali li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. It-tema għal-live-in ta’ din is-sena hi l-Quddiesa tal-Ħadd u l-bini tal-komunità Nisranija. Flimkien mal-kappillani qed jattendu għal dan il-live-in, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Il-live-in tal-kappillani beda llum, it-Tlieta 13 ta’ Jannar, u jintemm nhar il-Ħamis 15 ta’ Jannar 2015…













