The Catechism of the Catholic Church presented to the Archbishop
19/08/2014-
Il-Kurja tal-Arċisqof ippublikat mill-ġdid il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. L-edizzjoni l-ġdida ġiet ippreżentata lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. minn Monsinjur Anton Portelli, Segretarju Amministrattiv tal-Kurja. Il-ħtieġa li din il-publikazzjoni terġa tiġi stampata nħasset wara li ma kienx fadal kopji tal-Katekiżmu, u wara li d-domanda għaliha baqgħet persistenti. Saret ukoll reviżjoni tat-test biex din il-publikazzjoni tinkludi l-ortografija l-ġdida tal-lingwa Maltija u l-kwotazzjonijiet mill-aħħar edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti…