Archbishop Paul Cremona and Small Enterprises
19/09/2014-
Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-xogħol tixtieq ittenni l-ħsieb f’waqtu li Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għamel fl-okkażjoni tal-Festa Nazzjonali tal-Vitorja ta’ din is-sena.
Mons. Arċisqof f’dan il-Jum Nazzjonali semma u kkummenta fuq ir-realtà tax-xogħol meta qal: ‘F’pajjiż żgħir bħal tagħna jista’ faċilment jiġri li l-avvanz ekonomiku mhux dejjem ikun ta’ ġid għall-iżvilupp ħolistiku tal-pajjiż. Jekk tiġi maħnuqa l-inizjattiva u l-ħidma tal-intrapriżi żgħar u medji minn dawk li huma msejħa l-ġganti tat-tkabbir ekonomiku, għada pitgħada dan jista’ jkun ta’ detriment għall-ekonomija ta’ pajjiżna…