New Procedures for safeguarding children and vulnerable adults
29/11/2014- Il-Knisja f’Malta qed tippublika proċeduri ġodda għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli, li jinkludu l-proċedura għall-każijiet ta’ abbuż sesswali f’attivitajiet pastorali. L-enfasi tal-proċeduri hi fuq l-edukazzjoni u l-prevenzjoni biex l-abbużi ma jsirux, u jekk isiru jiġu nvestigati fl-iqsar żmien possibbli, skont il-liġi tal-Pajjiż u skont il-liġi tal-Knisja. Ir-reviżjoni tal-proċeduri saret fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, u tas-Superjuri Reliġjużi.
Il-proċeduri l-ġodda jsaħħu l-impenn tal-Knisja li toffri għajnuna psikoloġika u spiritwali lill-vittmi ta’ abbuż sesswali, kemm minuri kif ukoll adulti vulnerabbli.
B’riżultat ta’ din ir-reviżjoni qed titwaqqaf Kummissjoni għall-Ħarsien mill-Abbuż Sesswali (Safeguarding Commission) ffurmata minn professjonisti kompetenti li fost affarjiet oħra jkollha d-dover tesprimi valutazzjoni dwar ir-riskju f’kull każ…