Feast of Generosity – RTK4Charity
16/12/2014-
Nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2014, saret konferenza stampa dwar dettalji tad-dsatax-il edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-Ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena organizzata minn RTK4Charity biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tal-Providenza tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha u ssaħħaħa. Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu. “Hija ħaġa sabiħa ħafna,” qal Fr Martin, “li l-poplu Malti u Għawdxi propju jibda sena ġdida billi juri min tassew hu, poplu ġeneruż, poplu li jaf issarraf is-solidarjetà fil-prattika.”
Fr Martin semma’ erba’ għanijiet għall-Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza…