Letter from Pope Francis to the Presidents of Episcopal Conferences and Superiors of Institutes of Consecrated Life and Societies of Apostolic Life
05/02/2015-
Il-Konferenza Episkopali Maltija, llum, il-Ħamis 5 ta’ Frar 2015, irċeviet ittra mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. F’din l-ittra, mibgħuta lill-Konferenzi Episkopali, lis-Superjuri Maġġuri Reliġjużi u lill-Għaqdiet ta’ Ħajja Appostolika madwar id-dinja, il-Papa jappella għall-kollaborazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Minuri li waqqaf f’Marzu 2014.
Il-Papa jgħid li din il-Kummissjoni għandha tkun mezz ġdid, importanti u effettiv biex il-Konferenzi Episkopali, is-Superjuri Maġġuri Reliġjużi u l-Għaqdiet ta’ Ħajja Appostolika, jgħinuh imexxi ‘l quddiem l-impenn tal-Knisja f’kull livell, biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli, u biex l-Knisja twieġeb għall-ħtiġijiet tagħhom b’ġustizzja u ħniena…