The Coat of Arms of Archbishop Charles J. Scicluna
14/03/2015-
L-Arma araldika tal-Arċisqof Scicluna hija ispirata mill-arma tradizzjonalment assenjata lill-kunjom tal-familja li għandha żiemel rampanti u nofs qamar krexxenti ta’ lewn abjad/fidda fuq sfond aħmar. Mons. Scicluna żied il-warda safra/deheb imwerrqa bil-lewn aħdar.
L-isfond aħmar ifakkarna fil-mant ta’ Kristu waqt il-passjoni “imxarrab bid-demm” (Apok. 19, 13): «Imbagħad Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesù u jagħtuh is-swat. Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur…