New Parish Priest for St Anne’s Parish, Marsascala
25/11/2015-
-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Roderick Camilleri bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn.
Dun Roderick Camilleri twieled Ħaż-Żabbar fis-27 ta’ Jannar 1984. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Ħaż-Żabbar, l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo Ġużeppi Despott Verdala, Bormla, u kompla s-6th Form fil-Higher Secondary, in-Naxxar. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) u Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali, fl-Università ta’ Malta…
-














