Faith is received from a community, from those who believe; it is contagious – The Archbishop
Diocesan Celebration on the solemnity of Christ the King
23/11/2025 The Basilica of Chris the King, PaolaIl-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Xtaqt li llum f’dan il-jum solenni nitolbu t-talba tal-Kredu biex aħna bħala knisja f’Malta nkunu qalb waħda, ħsieb wieħed mal-Papa Ljun XIV li llum nieda Ittra Appostolika mill-isbaħ, sabiħa ħafna. Meditazzjoni fuq il-Kredu li għandna kemm tlabna. Dan il-Kredu, din it-talba, din l-istqarrija tal-fidi għandha storja partikolari, importanti. Din is-sena għalqet 1700 sena. Kien proprju fis-sena 325 meta fil-Konċilju ta’ Nikea, illum fit-Turkija, l-Imperatur Konstantinu mwieżen minn ommu Elena sejjaħ l-isqfijiet ta’ dak iż-żmien biex joħolqu espressjoni ta’ fidi li tkun ta’ għaqda għall-knisja li kienet laċerata minn ħafna firdiet… Read more »














