The Diocesan Assembly 2015 and the feast of Christ the King
13/11/2015-
Il-Knisja f’Malta se tlaqqa’ l-Assemblea Djoċesana, b’format ġdid din is-sena, nhar il-Ġimgħa 20 u s-Sibt 21 ta’ Novembru 2015, fil-Katekumenju, il-Mosta.
Il-laqgħa tal-Ġimgħa filgħaxija, li tibda fis-6:45 p.m. se tiffoka fuq il-pastorali tal-familja. L-Isqof Mario Grech se jagħmel preżentazzjoni fid-dawl tal-esperjenza tiegħu fis-Sinodu tal-Isqfijiet.
Is-Sibt fid-9:30 a.m., ir-Rev. Prof. Emmanuel Agius se jagħti preżentazzjoni tal-position paper ippreparata minn grupp ta’ esperti, rigward il-prokreazzjoni umana assistita…