Opening of Beatification and Canonisation processes of Henry and Inez Casolani
28/08/2015- Għada, is-Sibt 29 ta’ Awwissu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi Quddiesa li matulha ser jitwaqqaf t-Tribunal li ser jisma’ l-kawżi għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla, Henry Casolani u ta’ martu, il-Qaddejja ta’ Alla, Ineż Casolani.
Il-Postulatur taż-żewġ kawżi huwa l-Kanonku Etienne Sciberras, li fil-bidu tal-Quddiesa ser jagħmel talba uffiċjali lill-Monsinjur Arċisqof biex iwaqqaf it-Tribunal. Il-Postulatur ser jippreżenta lill-Arċisqof il-lista ta’ 180 persuna li jistgħu jidhru quddiem it-Tribunal biex jagħtu x-xhieda tagħhom, u 60 dikjarazzjoni bil-ġurament minn persuni li laħqu mietu…