The Archbishop during Christmas and the beginning of the New Year
22/12/2015-
Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied.
Il-Ħamis 24 ta’ Diċembru 2015, fil-11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t-talba tal-Liturġija tas-Sigħat u l-Quddiesa ta’ Nofsillejl fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta. Link: www.youtube.com/knisjamalta.
Il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra mal-ħabsin, il-Quddiesa Stazzjonali fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid…