Matul il-jum tat-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, sellmet lill-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca, fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn jinsab esport sat-8:00 p.m. Illum, fis-6:30 p.m., issir it-talba tal-għasar immexxija minn Monsinjur Arċisqof. Għada, l-Erbgħa, 23 ta’ Marzu, il-poplu jista’ jagħti l-aħħar tislima lil Mons. Mercieca bejn id-9:00 a.m. u nofsinhar, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann…
During the Passion, Jesus is denied “every form of justice” and experiences indifference “in his own flesh”. Thus Pope Francis sees reflected in the image of Christ that of “the many people, so many outcasts, so many asylum seekers, so many refugees, all of those for whose fate no one wishes to take responsibility”. He shared this thought during the celebration he presided on Palm Sunday, 20 March, in St Peter’s Square…
It-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, fil-4:45 p.m. telaq il-korteo mir-residenza privata tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca fiż-Żejtun, għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn wasal għall-ħabta tal-5:20 p.m. It-tebut tmexxa proċessjonalment sal-Kon-Katidral, u tqiegħed għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju. Wara l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa velja ta’ talb flimkien mal-qraba, il-Kapitlu tal-Katidral u l-pubbliku li attenda bi ħġaru. Għada, it-Tlieta 22 ta’ Marzu, mid-9:00 a.m…
L‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca reġa lura fid‑dar tal‑Missier. Bħala Kappillani u Arċiprieti fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, nixtiequ nesprimu l‑gratitudni tagħna għall‑ħajja u l‑ħidma tal‑Arċisqof Mercieca. Lil ħafna minnha ħatarna hu bħala kappillani, u ħafna minnha ordnana saċerdoti hu ukoll. Napprezzaw il‑ħidma tiegħu bħala Ragħaj tal‑Arċidjoċesi, l‑imħabba tiegħu għall‑familja, l‑impenn għat‑twettiq tal‑Konċilju Vatikan II l‑iżjed permezz taċ‑ċelebrazzjoni tas‑Sinodu Djoċesan, u x‑xewqa tiegħu li fil‑komunitajiet tagħna jkun hemm l‑għaqda u spirtu ta’ qadi…
Illum, it-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, jitlaq il-korteo mir-residenza privata tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca fiż-Żejtun, għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn jasal ftit qabel il-5:00 p.m. Hemmhekk jitqiegħed għall-qima tal-pubbliku sat-8:00 p.m. Fil-5:00 p.m. issir velja ta’ talb li ser titmexxa minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna. Għada, it-Tlieta 22 ta’ Marzu, mid-9:00 a.m. sat-8:00 p.m. Mons. Mercieca jkun espost għall-qima tal-pubbliku, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann…
At the conclusion of the Solemn Mass for Palm Sunday, Pope Francis led the faithful in the recitation of the Angelus. In brief remarks ahead of the Marian prayer, the Holy Father greeted all those taking part in the ceremony, including those watching and listening by means of television, radio, or other means of communication. The Pope noted the 31st World Youth Day, commemorated on Sunday, which will culminate in the “great world Meeting in Krakow,” Poland, this summer…
Tħabbret il-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca. Huwa twieled ir-Rabat, Għawdex, fit-12 ta’ Novembru 1928. Ġie ordnat Isqof fid-29 ta’ Settembru 1974. Kien innominat Arċisqof ta’ Malta fid-29 ta’ Novembru 1976 u ħa l-pussess ta’ Arċisqof fit-12 ta’ Diċembru tal-istess sena. Huwa rtira minn Arċisqof fit-2 ta’ Diċembru 2006, fl-età ta’ 78 sena, wara n-nomina tal-Arċisqof il-ġdid, Mons. Pawlu Cremona O.P. L-Arċisqof Mercieca, li kellu 87 sena, miet fis-7:20 a.m…
Nhar l-20 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa f’Ħadd il-Palm, fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din iċ-ċelebrazzjoni bdiet minn quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta, fejn sar it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ, u wara saret il-purċissjoni sal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn il-Quddiesa tkompliet bil-qari tar-rakkont tal-Passjoni mill-Evanġelju skont San Luqa. Celebration of Mass on YouTube
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, nhar il-Ħadd, 20 ta’ Marzu 2016, fid-9:00 a.m. Din iċ-ċelebrazzjoni tibda minn quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta, fejn isir it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ, u wara ssir il-purċissjoni sal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn tkompli l-Quddiesa bil-qari tar-rakkont tal-passjoni mill-Evanġelju skont San Luqa. Watch ‘live’ on YouTube
Click here for more information about liturgical celebrations led by the Archbishop. Click here to follow these celebrations on YouTube…