Opening of the Case for Beatification and Canonisation of Fr Avertan Fenech (1871-1943)
31/01/2017-
-
Il‑Knisja f’Malta ser tagħti bidu għall‑kawża tal‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan. Dan wara li l‑Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ t‑talba tal‑postulatriċi ġenerali Dr Giovanna Brizi biex jitwaqqaf Tribunal li jisma’ l‑kawża tiegħu. Dan se jsir nhar il‑Ħamis 2 ta’ Frar 2017, Jum il‑Ħajja Kkonsagrata, waqt ċelebrazzjoni mmexxija mill‑Arċisqof fil‑Knisja tal‑Karmnu l‑Imdina, fil‑5:00 p.m. Il‑ftuħ tal‑kawża huwa meqjus bħala l‑ewwel seduta tat‑Tribunal li jagħti bidu għal dan il‑proċess Djoċesan…
-













