The Archbishop’s Palace open to visitors during Notte Bianca
05/10/2017-
Il‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta nhar is‑Sibt li ġej ser jiftaħ il‑bibien tiegħu għall‑pubbliku, waqt is‑serata tan‑Notte Bianca.
Għal din l‑okkażjoni, il‑viżitaturi jistgħu jżuru ċ‑ċisterni u l‑għerien ta’ taħt il‑Palazz, li fihom nixxiegħa ta’ ilma ġieri li ilu jgħaddej sa minn qabel ma nbniet il‑Belt Valletta.
Il‑pubbliku ser ikun jista’ jgawdi wkoll il‑ġnien tal‑Palazz, ġnien mimli siġar taċ‑ċitru u b’funtana tas‑seklu sbatax…














