“I exhort to you that through our means of communication will remain, without fear, a witness to the truth” – The Archbishop
Message by Archbishop Charles J. Scicluna on the occasion of the 25th anniversary of RTK Radio
14/03/2017-
Il-25 anniversarju ta’ Radju RTK huwa okkażjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla, wisq aktar meta nagħrfu li tul is-snin, l-istazzjon RTK kien ta’ servizz lis-soċjetà u ta’ wens lil eluf kbar ta’ nies. F’din l-okkażjoni, nirringrazzjaw lil Alla għal dawk li fihom nibtet il-ħolma u li permezz tal-ħidma tagħhom twaqqaf dan l-istazzjon. Niftakru b’mod speċjali fl-għażiż Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca, li inawgura dan l-istazzjon u li bi kliemu silet il-missjoni tiegħu, dik li permezz tal-kelma jixħet dawl Nisrani fuq il-ġrajja…