“Fl-Ewkaristija Ġesù huwa ‘Alla magħna'” – L-Arċisqof
L-Arċisqof jagħti l-Ministeru tal-Akkolitat lis-seminaristi Anton D'Amato u Bernard Micallef
12/01/2017- Nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2017, is-seminaristi Anton D’Amato u Bernard Micallef ingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Kappella tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.
- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Kappella tas-Seminarju, Tal-Virtù
9 ta’ Jannar 2017Għeżież Anton u Bernard,
L-ewwel nett immaġinaw lil Ġesù jitħallat mal-folla, jidħol fil-kju ta’ dawk li kienu qegħdin jistennew biex jitgħammdu fil-Ġordan minn Ġwanni…