Live: Kommemorazzjoni ta’ Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu
21/03/2017-
Illum, it-Tlieta 21 ta’ Marzu 2017, fl-9:45 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi attività kommemorattiva fl-ewwel sena mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca. Il-programm jinkludi diskors mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi u s-sehem ta’ kor tat-tfal mill-Iskola Primarja ta’ St Francis, Bormla. Din it-tifkira tagħlaq b’messaġġ mill-Arċisqof Scicluna.
Matul l-attività ser jiġi mniedi t-tieni ktieb dwar l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca “bit-tema Ragħaj għal kull staġun”, miktub minn Charles Buttigieg…