Details of the liturgical celebrations during Holy Week 2017
12/04/2017- Maundy Thursday morning – Mass of Holy Chrism
-
Din hija l‑unika Quddiesa li tiġi ċċelebrata f’Ħamis ix‑Xirka filgħodu, mill‑Arċisqof u mis‑saċerdoti. L‑emfasi tagħha huwa fuq l‑għaqda li Ġesù xtaq li jkun hemm bejn dawk li jemmnu fih, b’mod speċjali dawk li ġew afdati biex ikomplu l‑ħidma tiegħu. F’din il‑Quddiesa, is‑saċerdoti jġeddu l‑wegħdiet tal‑ordinazzjoni saċerdotali tagħhom b’tiġdid ta’ impenn tal‑għaqda bejniethom u mal‑isqof tagħhom…