135 people graduate from the Institute of Pastoral Formation
24/11/2017-
135 persuna temmew b’suċċess wieħed minn 16‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Knisja f’Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret nhar il‑Erbgħa, 22 ta’ Novembru 2017, fil‑Kappella tas‑Seminarju, Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u tmexxiet mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Iċ‑ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.
Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu tar‑raba’, il‑ħames u s‑sitt livell tal‑Malta Qualifications Framework (MQF) u tal‑European Qualifications Framework (EQF), fl‑oqsma tal‑familja, it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja, it‑Teoloġija, l‑ispiritwalità Franġiskana, l‑evanġelizzazzjoni, il‑liturġija, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana u l‑istudju tal‑Bibbja…














