Birżebbuġa and Valletta celebrate the 1950 anniversary of the martyrdom of Saints Peter and Paul
29/06/2017-
Hekk kif illum il-Ħamis, niċċelebraw il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, magħrufa bħala l-Imnarja, Birżebbuġa u l-Pawlini tal-Belt illum se jkunu qed jiċċelebraw il-1950 anniversarju mill-martirju tal-patruni tagħhom, b’żewġ purċissjonijiet fiż-żewġ lokalitajiet.
Il-purċissjoni f’Birżebbuġa se toħroġ fid-9:00am bis-sehem tal-baned lokali u se ssir bl-hekk imsejħa l-istatwa ż-żgħira ta’ San Pietru, l-ewwel statwa titulari ta’ dan il-qaddis li kellha l-parroċċa minħabba li l-istatwa titulari preżenti bħalissa għaddejja minn proċes ta’ restawr li jkun lest f’Awwissu li ġej…