Archbishop visits San Blas residents and prays for the conversion of the drug dealers
04/05/2017-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna żar lir‑residenti taċ‑Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, limiti ta’ Ħaż‑Żebbuġ. L‑Arċisqof iltaqa’ personalment mar‑residenti ta’ San Blas li qed jagħmlu wieħed mit‑tliet programmi għar‑rijabilitazzjoni mid‑droga, offruti mill‑Knisja f’Malta permezz tal-Caritas.
Huwa ġie milqugħ mill‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons. Charles Cordina, mid‑Direttur ta’ Caritas Malta, Leonid McKay, mill‑Kordinatur tas‑Servizzi, is‑Sur Anthony Gatt, u mill‑istaff kollu ta’ San Blas…