Diocesan celebrations for the 100th anniversary of the apparitions of Our Lady of Fatima
04/10/2017-
F’għeluq iċ‑ċentinarju mid‑dehriet tal‑Madonna ta’ Fatima ser jiġu organizzati diversi ċelebrazzjonijiet Djoċesani mifruxa fuq tliet ġranet.
Nhar il‑Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru, fis-6:00 p.m., tfal minn diversi parroċċi ser jieħdu sehem f’mixja qasira bl‑istatwa tal‑Madonna ta’ Fatima. Din ser tibda mid‑Dar tal‑Kleru fi Fleur-de-Lys sal‑Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Wara, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa mmexxija mill‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P…